Loading Events

Serata ta’ Qari b’Solidarjeta ma’ Gaza

Poster for Serata ta’ Qari b’Solidarjetà ma’ Gaza Event

Serata ta’ Qari b’Solidarjetà ma’ Gaza

L-Erbgħa, 10 ta’ Settembru 2025, 7:00 PM
L-Arkivju tar-Reġistri Nutarili, 217 Triq San Pawl, il-Belt Valletta

Fid-dawl tal-vjolenza u l-għaks li għadhom sejrin f’Gaza, qed norganizzaw serata ta’ qari b’solidarjetà ma’ Gaza u ħutna Palestinjani. Se jinqraw siltiet minn kitbiet ta’ awturi Palestinjani tradotti għall-Malti, kif ukoll riflessjonijiet minn awturi Maltin dwar l-atroċitajiet li qed iseħħu. L-għan tagħna huwa li noħolqu spazju għall-ilħna Palestinjani, biex flimkien inkunu xhieda favur l-umanità kollettiva quddiem dak li hu inaċċettabbli.

Il-qari għal din is-serata qed jiġi organizzat bi sħab mad-Dipartiment tal-Malti fl-UM.

Id-dħul huwa bla ħlas. Se nkunu qed niġbru donazzjonijiet b’risq familji Palestinjani li jgħixu f’Malta u li qegħdin fil-bżonn. Minbarra flus kontanti qed niġbru ukoll vouchers biex ikunu jistgħu jixtru ikel u prodotti essenzjali. Kull donazzjoni mis-serata se tkun qed tmur għalihom. Min jixtieq jattendi jista’ jibgħatilna fuq ou******@na******.org. Min ma jistax jattendi u jixtieq jgħin xorta, jista’ jikkuntattjana fuq l-istess indirizz elettroniku. Kull ftit jgħin – ejjew ningħaqdu flimkien b’solidarjetà.

________________________________________

Solidarity Reading in Solidarity with Gaza

Wednesday, 10 September 2025, 7:00 PM
Notarial Registers Archive, 217 St Paul Street, Valletta

In light of the violence and suffering still unfolding in Gaza, we are organising a solidarity reading with Gaza and our Palestinian brothers and sisters. Excerpts from works by Palestinian authors translated into Maltese will be read, together with reflections by Maltese writers on the atrocities taking place. Our aim is to create a space for Palestinian voices, so that together we may bear witness to our collective humanity in the face of what is unacceptable.

This reading is being organised in collaboration with the Department of Maltese at UM.
Entrance is free. We will be collecting donations in aid of Palestinian families living in Malta who are in need. Alongside cash contributions, we are also collecting vouchers so that they may purchase food and essential products. All donations from the evening will go directly to them. Those who wish to attend may contact us at ou******@na******.org. Those who cannot attend but would still like to help may also reach us on the same email address. Every contribution helps – let’s come together in solidarity.