Loading Events

Il-Kumpless Storiku ta’ Sant’Agata: Il-Ftit li Nafu … u Ftit mill-Ħafna, li ma Nafux

Kelliem: Raymond Saliba, Kuratur tal-Kumpless ta’ Sant’Agata
Lingwa: Malti

Sommarju:

Il-kumpless storiku ta’ Sant’Agata, jikkomprendi (i) Il-Knisja prinċipali; (ii) Mużew b’riperti arkejoloġiċi, ġejoloġiċi, artistiċi u folkloristiċi, fost oħrajn; (iii) firxa kbira t’Ipoġej, Puniċi, Pagani/Rumani u Kristjani; (iv) żewġ Knejjes sotterranji; (v) Shelters tat-Tieni Gwerra Dinjija u (vi) Il-Kunvent MSSP u l-Kulleġġ SPCM. Hawn qed insemmu l-akbar kumpless mibni u skavat tal-gżejjer Maltin. Mhux ċajta! Ir-relevanza storika, arkejoloġika u soċjali ta’ tali kumpless, għadha trid tiġi magħrufa u valutata, biex tkun apprezzata kif jixirqilha. Dak li ser nagħmlu f’din it-taħdita hu eserċiżżju ħafif biex biex nevalwaw dan il-patrimonju mportanti, bħala parti min strateġija ħollistika għal manteniment xieraq tiegħu, flimkien m’għarfien mill-Maltin u l-barranin li jżuruna.

Dħul b’xejn. Reġistrazzjoni meħtieġa. Segwi din il-ħolqa: https://www.eventbrite.com/e/il-kumpless-storiku-ta-santagata-raymond-saliba-tickets-1982877710610?aff=oddtdtcreator