Loading Events

L-Ilsien Malti tan-Nutara u tal-Komunità Medjevali – Dr Olvin Vella

Poster għat-taħdita 'L-Ilsien Malti tan-Nutara u tal-Komunità Medjevali

Ingħaqad magħna għat-taħdita ‘L-Ilsien Malti tan-Nutara u tal-Komunità Medjevali.’

Kelliem: Dr Olvin Vella
Lingwa: Malti

Dwar it-Taħdita:

Minħabba li n-nutara ma kinux jitgħallmu l-Malti fl-edukazzjoni formali tagħhom, ilsienna kienu jiktbuh fonetikament u bis-saħħa ta’ hekk l-ilsien Malti tan-Nutara miktub jwasslilna tagħrif imprezzabbli. Ngħidu aħna, nafu fiċ-ċert li kellhom regoli tal-pronunzja differenti minn tal-lum, u xi konsonanti li aħna niktbu (allavolja tlifniehom, bħall-għajn u l-akka), huma kienu għadhom ilissnuhom. Dan u aktar f’din it-taħdita.

Dwar il-Kelliem:

Dr Olvin Vella jgħallem l-istorja tal-lingwa fl-Università ta’ Malta. Jirriċerka d-dokumenti qodma u x-xogħlijiet tal-awturi ewlenin tas-seklu 18, jiġifieri De Soldanis u Vassalli. Bħalissa qed jikkoordina l-ġabra tal-eqdem kliem bil-Malti, li se tkun online fix-xhur li ġejjin, u li hija proġett ieħor tad-Dipartiment tal-Malti.

Dan l-avveniment qed jiġi organizzat b’kollaborazzjoni mal-Fondazzjoni Alfred Mizzi.

English Version:

Join us for ‘The Maltese Language of Notaries and the Medieval Community.’

Speaker: Dr Olvin Vella
Language: Maltese

About the Lecture:

Since notaries did not learn Maltese in their formal education, they wrote our language phonetically. As a result, they have passed down invaluable knowledge. For instance, we know with certainty that they had pronunciation rules different from those of today. Furthermore, some consonants we write (even though we have lost them, like the ‘għ’ and ‘h’) were still pronounced.

About the Speaker:

Dr Olvin Vella teaches the history of the Maltese language at the University of Malta. He researches old documents and the works of the main Maltese authors of the 18th century, namely, De Soldanis and Vassalli. Currently, he is coordinating a compendium of the oldest words in Maltese, which will be available online in the coming months. This initiative is part of another project led by the Maltese Department at the University of Malta.

This event is being organised in collaboration with The Alfred Mizzi Foundation.