Loading Events

Ejja Nagħmlu Festa bil-Kantilena

Taħdita speċjali għall-anniversarju tal-iskrizzjoni tal-Kantilena fir-Reġistru tal-Memorja tad-Dinja tal-UNESCO. Bi sħab mad-Dipartiment tal-Malti fl-UM.

Kelliem: Dr Olvin Vella

Taqsira:

Nitolbukom taqraw il-Kantilena minn qabel, jekk qatt ma qrajtuha. U mbagħad ħalluna nġorrukom aħna u nsemmu l-karigi politiċi fil-Medjuevu, kemm waqa’ bini għax ma kinux jagħmlu t-testijiet tal-blat, x’erba’ espressjonijiet kellhom, kemm il-kliem jibdel it-tifsira tiegħu, kemm il-ħoss tal-Malti kien ferm differenti minn tal-lum, u kemm daħqitilna xortina meta xi ħadd, forsi bi żball, illega manetta kważi vojta mal-bqija tal-manetti li kellhom il-kuntratti u t-testmenti.

Id-dħul huwa bla ħlas, iżda l-postijiet huma limitati. Reġistrazzjoni meħtieġa.

  • Ladarba tirreġistra, m’hemmx bżonn tistampa l-biljett.
  • Nitolbukom taslu ftit qabel. Hekk kif tibda t-taħdita, siġġijiet mhux okkupati se jingħataw lil min jattendi mingħajr prenotazzjoni.
  • It-taħdita se tiġi fotografata u rrekordjata għal skopijiet ta’ dokumentazzjoni, arkivjar u midja.
  • Il-lift bħalissa mhux qed jaħdem. Aċċess bit-taraġ biss (żewġ sulari).